Lokali

It-tfajjel ta’ 3 snin li waqa’ mill-irdum tal-Aħrax tal-Mellieħa joħroġ mill-ITU

It-tfajjel ta’ 3 snin li l-għada tal-Milied waqa’ mill-irdum tal-Aħrax tal-Mellieħa qaleb għall-aħjar tant li m’għadux rikoverat mit-Taqsima tal-Kura Intensiva u issa qiegħed jingħata l-kura fis-sala ta’ tfal fl-Isptar Mater Dei.

L-inċident seħħ fil-lejl ta bejn il-25 u s-26 ta’ Diċembru għall-ħabta tat-3 ta’ filgħodu f’kampeġġ frekwentat minn bosta.

Il-Pulizija kienet ġiet mitluba tassisti fiz-zona ta’ campsite fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa minħabba li t-tifel ma setax jinstab waqt li kien fil-kumpanija tal-familja tiegħu. Uffiċjali tal-Pulizija u dawk mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, tim mediku kienu bdew bi tfittxija taħt l-irdumijiet, fejn fi ftit ħin instab u ttella’ fuq l-art.

Il-Maġistrat tal-Għassa Giannella Camilleri Busuttil kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.