Juventus irrispondew bl-aqwa mod għad-draw li Inter kellhom għand Genoa meta għelbu lil Roma 1-0 biex b’hekk issa d-distakk naqas għal żewġ punti. Kien il-gowl ta’ Adrien Rabiot fis-47 minuta li ddeċieda l-partita u aċċeta mill-14-il rebħa tal-istaġun għat-tim ta’ Massimiliano Allegri.
Milan saħħew it-tielet post tal-klassifika b’rebħa minima f’darhom ta’ 1-0 fuq Sassuolo. Il-gowl deċiżiv wasal mas-siegħa logħob permezz ta’ Christian Pulisic.
Telfa diżappuntanti għal Bologna hekk kif barra minn darhom tilfu bl-iskor ta’ 3-0 kontra Udinese. Roberto Pereyra poġġa lil Udinese fil-vantaġġ fit-23 minuta. Lorenzo Lucca u Martin Payero skorjaw darbtejn oħra fit-tieni taqsima għal rebħa ta’ 3-0.
Atalanta ukoll kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Lecce bil-gowl ikun skorjat minn Ademola Lookman.
L-istess għamlu Salernitana fejn barra minn darhom kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fuq Verona. Loum Tchaouna kien l-eroj għal Salernitana b’gowl fit-48 minuta.
SERIE A
Illum
Atalanta v Lecce 1-0
Cagliari v Empoli 0-0
Udinese v Bologna 3-0
Milan v Sassuolo 1-0
Verona v Salernitana 0-1
Juventus v Roma 1-0