Il-klieb u l-qtates mhumiex l-uniċi annimali li sfortunatament qed jiġu abbandunati. U dan l-abbandun qed issir għal diversi raġunijiet; primarjament, għax ma jkunx hemm ħsieb qabel dawn jinxtraw.
Sitwazzjoni komuni hija marbuta mal-annimali li jingħataw lill-anzjani, li sfortunatament jisfaw abandunati ġaladarba dawn jiġu nieqsa – kif spjegatilna l-attivista Moira Delia, li ilha snin involuta f’dan il-qasam.
Barra minn hekk, f’pajjiżna, qegħdin naraw bosta animali oħra – bħalma huma sriedaq fit-toroq – iżda mhux biss.
Fl-intervista li tat lil Net News, Moira Delia spjegat illi annimal li bosta qedgħin irabbu bħala pet huwa l-fenek; animal li sfortunatament ukoll qed jispċċa ta spiss abandunat.
//= $special ?>