Internazzjonali

“L-attakk fuq Gaza huwa ġenoċidju” – l-Afrika ta’ Isfel

Żvolta ġdida fil-kunflitt tal-Lvant Nofsani, hekk kif l-Afrika ta’ Isfel fetħet kawża l-Qorti kontra Iżrael fil-Qorti Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti, fejn f’din il-kawża l-Afrika ta’ Isfel akkużaw lil Iżrael b’ġenoċidju.

Minn naħa tagħhom l-Iżraeljani, qalu li dawn l-allegazzjonijiet huma diżgustanti, u talbu lil Qorti tal-Ġustizzja sabiex tinjora din il-kawża.

Każijiet f’din il-Qorti normalment jieħdu snin sabiex jinqatgħu; pero l-Afrika ta’ Isfel talbet lil Qorti tal-Ġustizzja sabiex jitrattaw din il-kawża b’urġenza u biex il-Qorti toħroġ ordni għal waqfien mill-ġlied.

Intant hemm dubju dwar kemm din il-kawża kapaċi twaqqaf il-kunflitt f’każ li l-Qorti tagħti raġun lill-Afrika ta’ Isfel. Dan hekk kif lura fl-2012, il-Qorti Internazzjonali kienet ħarġet ordni lir-Russja għal waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna; ordni li Moska injorat kompletament.

Tags