Il-kunċerti popolari tal-Candlelight Concerts fl-aħħar waslu f’Malta wkoll… kunċerti li s’issa qed isiru f’iżjed minn 100 belt madwar id-dinja.
Kif spjegat ma’ Net News Martina Cartigiano, li tifforma parti mit-tim tal-produzzjoni, il-Candlelight Concerts huma serje ta’ kunċerti klassiċi li jsiru f’postijiet kulturali sabiex jintegraw il-kultura lokali mal-mużika klassika, kif ukoll jistiednu artisti lokali biex jieħdu sehem. Hi kompliet tispjega għala l-kunċerti ta’ Malta se jsiru fil-lukanda Phoenicia fil-Furjana.
Il-kunċerti kellhom il-bidu uffiċjali tagħhom fid-29 ta’ Diċembru, u se jkomplu għaddejjin sa Marzu… bil-mira hi li dawn il-kunċerti jtawwlu xi ftit aktar f’pajjiżna.
Cartigiano kompliet tispjega l-programm tal-kunċerti, u spjegat kif il-mużika se tvarja bejn mużika klassika sal-mużika rock.
Hi kkonkudiet billi stqarret li l-udjenza ikollhom sehem dwar x’jiġri fil-programm tal-kunċert, sabiex joħolqu programm uniku għal udjenzi tagħhom.
//= $special ?>