Tifla ta’ 13-il sena kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li nqabdet bejn karru u jetski u ħajt waqt li l-karru kien qed jiddaħħal f’garaxx ta’ residenza f’Marsaskala.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa tal-Ġimgħa waranofsinhar fi Triq il-Qaliet, meta għal xi raġuni seħħ dan l-inċident.
Fil-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li minnufih ħa lit-tifla l-isptar għal aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ.
//= $special ?>