L-attur Brittaniku Tom Wilkinson, magħruf għall-irwoli li interpreta fost oħrajn fil-films The Full Monty, Shakespeare in Love, The Best Exotic Marigold Hotel u Batman Begins, tilef ħajtu fl-età ta’ 75 sena.
Matul il-karriera twila tiegħu Wilkinson kien nominat xejn inqas minn sitt darbiet għall-BAFTA’s kif ukoll kien nominat darbtejn għall-Academy Award għal films Michael Clayton u The Bedroom.
L-aħbar kienet ippubblikata minn dawk l-aktar qrib tiegħu hekk kif ġie spjegat li l-attur miet mdawwar bil-familja tiegħu.
B’aktar minn 130 xogħol taħt ismu, kemm films ċinematografiċi u xogħol għat-televiżjoni, Tom Wilkinson ġie deskritt minn bosta bħala don għall-industrija tal-films Brittanika, b’talenti naturali sabiex jinterpreta karatteristiċi reali ħafna.
//= $special ?>