Telfa oħra mhux mistennija għal Manchester United hekk kif barra minn darhom kienu megħluba minn Notthingham Forest bl-iskor ta’ 2-1. Il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima meta kien Nicolas Dominguez li fetaħ l-iskor għal Forest fl-64 minuta. Manchester United irrispondew u fit-78 minuta ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Marcus Rashford. It-tim ta’ Nuno Espirito Santo, skorja l-gowl deċiżiv fit-82 minuta permezz ta’ Morgan Gibbs-White.
Manchester City kisbu rebħa komda ta’ 2-0 fuq Sheffield United biex issa laħqu temporanjament lil Arsenal b’40 punt u jinsabu żewġ punti taħt il-leaders Liverpool u Aston Villa. Rodri fetaħ l-iskor għal City wara 14-il minuta, bl-attakkant Arġentin Julian Alvarez jagħmilhom 2-0 fil-61 minuta.
Chelsea kellhom jitħabtu mhux ftit meta għelbu lil Luton 3-2. Cole Palmer poġġa lil Chelsea fil-vantaġġ wara 12-il minuta, b’Noni Muadueke jirdoppja qabel il-mistrieħ. Palmer għamilhom 3-0 fis-70 mintua. Fl-aħħar kwarta, Luton irnexxielhom jiskorjaw tliet darbiet, l-ewwel permezz ta’ Elijah Adebayo, liema gowl kien imħassar bil-VAR, mbagħad permezz ta’ Ross Barkley fit-80 minuta u Adebayou fis-87 minuta.
Ikompli l-istaġun mill-aqwa ta’ Aston Villa hekk kif issa laħqu lil Liverpool fil-quċċata tal-klassifika bi 42 punt wara rebħa ta’ 3-2 fuq Burnley. Villa fil-vantaġġ wara 28 minuta permezz ta’ Leon Bailey. Burnley jirrispondu żewġ minuti wara permezz ta’ Zeki Amdouni qabel ma’ Moussa Diaby jagħmilhom 2-1 għal Villa fit-42 minuta. Burnley sfaw jilagħbu bi player anqas meta tkeċċa Sander Berge għat-tieni karta safra. Minkejja dan xorta waħda ġabu l-iskor indaqs fil-71 minuta permezz ta’ Lyle Foster. Aston Villa skorjaw il-gowl li tagħhom it-tliet punti fid-89 minuta permezz ta’ penalty ta’ Douglaz Luiz.
Everton sofrew it-tieni telfa konsekuttiva meta kienu megħluba bl-iskor ta’ 3-0 minn Wolves. Il-gowls ta’ Wolves kienu skorjati permezz ta’ Max Kilman fl-ewwel taqsima u darbtejn fit-tieni taqsima permezz ta’ Matheus Cunha u Craig Dawson.
Rebħa importanti ta’ 3-1 għal Crystal Palace fuq Brentford. Brentford fil-vantaġġ wara żewġ minuti permezz ta’ Keane Lewis Potter. Ir-rimonta ta’ Palace bdiet fil-14 minuta meta l-ewwel kien Michael Olise li għamilhom 1-1 biex qabel il-mistrieħ kien Eberechi Eze li għamel l-iskor 2-1. Fit-58 minuta kien għal darb’oħra Olise li għamel l-iskor finali 3-1.
PREMIER LEAGUE
Illum – Luton v Chelsea 2-3, Man City v Sheff. Utd 2-0, Aston Villa v Burnley 3-2, C. Palace v Brentford 3-1, Wolves v Everton 3-0, Nott. Forest v Man Utd 2-1 Għada – Fulham v Arsenal 3.00pm, B’Mouth v Tottenham 3.00pm