“Is-sena tal-2024, bħal kull sena, se jkolla diversi sfidi iżda se tkun sena li tkompli ttina t-tama għal-futur.”
Dan sostnieħ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’artiklu The Sunday Times of Malta, fejn fost l-oħrajn semma l-importanza tad-demokrazija għal Malta, speċjalment meta f’din is-sena l-ġdida l-poplu Malti u Għawdxi se jagħżel ir-rappreżentanti tegħu għal Kunsilli Lokali u għal Parlament Ewropew.
Hu fakkar kif fl-2024, Malta ser tiċċelebra 60 sena Indipendenti, 50 sena bħala Repubblika, u 20 sena bħala stat tal-Unjoni Ewropea. Tliet ċelebrazzjonijiet li juru għaqda nazzjonali, filwaqt li jfakkru kemm għandna nkunu grati bil-passat tagħna kif ukoll li għandna dejjem inħarsu ‘l quddiem… bla limitu sa fejn nistgħu nkomplu nimirħu.
Fl-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju, il-poplu ser ikollu l-opportunita’ jagħżel il-persuni li se jagħmlu differenza għalina kemm lokalment, kif ukoll fix-xena Ewropea.
Bernard Grech sostna li bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, hu qed jassigura li l-kandidati kollha jifmu li jekk jiġu eletti, huma qed jagħmlu servizz għal poplu kollu, u mhux għal għan personali.
Hu qed iħeġġeġ lil kull Malti u Għawdxi sabiex jipparteċipa fil-proċess elettorali hekk kif il-vuċi ta’ kulħadd hi importanti, u iżjed kemm ikun hemm nies jipparteċipaw, iżjed tkun b’saħħitha d-demokrazija.
L-għan politiku tal-Partit Nazzjonalista hu li l-poplu jkollu l-kwalita’ tal-ħajja li tixraqlu. Kuljum għandna nistaqsu dwar kif nistgħu ntejbu ħajjitna, u b’hekk il-Partit Nazzjonalista ppropona mudell ekonomiku ġdid li jaħdem għal poplu.
Huwa qal li mhemmx post għal skjavitu modern ikkaraterizzat min kundizzjonijiet tax-xogħol ħziena u bla ebda rispett għad-dinjita’ tal-ħaddiema. Dan jista’ jsir biss jekk nissalvagwardjaw id-demokrazija u governanza tajba, fejn mhux dak min taf jiddetermina kollox… mill-liem benefiċċji soċjali għandek tirċievi sa min għandu jgħaddi mit-test tal-karozza.
Saħaq li governanza tajba għandha tiġi stabbilita billi kull persuna tirċievi l-istess livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet umani mingħajr ebda distinzjoni.
Bernard Grech stqarr li jekk naħdmu flimkien, dan kollu hu possibli. Il-Partit Nazzjonalista jemmen fil-poplu, u jemmen li iżjed kemm l-isfidi jkunu diffiċli… ser ikun hemm iżjed opportunitajiet – dan, jekk nibqgħu determinati dejjem.
//= $special ?>