Internazzjonali

L-Ukrajna – Russja: Tmiem tas-sena dominat bl-attakki u d-dmija

Il-qawwiet tal-ajru tar-Russja mill-ġdid attakkaw diversi nħawi tal-Ukrajna wara tmiem il-ġimgħa dominat mill-azzjonijiet militari tal-Istati avversarji.

Il-parti kbira tal-attakki konċentraw fuq Kharkiv, lejn il-lvant tal-Ukrajna, u b’numru ta’ splużjonijiet ikunu rappurtati f’territorji oħra tal-pajjiż.

Ir-Russja qalet li kienet qed tirritalja għall-attakki tal-Ukreni, nhar is-Sibt, fuq il-belt ta’ Belgorod, qrib il-fruntiera tal-Ukrajna, u li swew il-ħajja ta’ 3 persuna. L-attakk fuq Belgorod seħħ ukoll wara li r-Russi,nhar il-Ġimgħa, wettqu sensiela ta’ offensivi mill-ajru fuq l-Ukrajna.

L-Ukreni qed ifissru l-attakki tal-Ġimgħa bħala l-akbar bumbardament fuq il-poplu tagħhom mill-bidu tal-gwerra fi Frar tal-2022….Min-naħa tagħhom, ir-Russi qalu li fl-attakki ta’ sigħat ilu fuq Kharkiv intużaw il-missili ta’ preċiżjoni li laqtu numru ta’ miri militari f’dik il-belt.