Midwife li taħdem f’Mater Dei esprimiet ma’ Lovin Malta li hi mħassba dwar ir-riskju li jitilfu t-trabi minħabba spazji limitati u nuqqas ta’ ħaddiema f’Mater Dei.
Dan ir-rapport ħareġ wara li din il-ġimgħa ġie rrapurtat li hemm nuqqas ta’ sodod f’Mater Dei, bil-persuni li jmorru l-isptar b’emerġenza jkollhom jistennew tul twil ta’ ħin, filwaqt li ommijiet li jkunu qed jistennew tarbija qed ikollom jistennew sal-aħħar minuta possibli sabiex jmorru l-isptar biex iwelldu.
Il-midwife sostniet li milhux tarbija kważi mietet minħabba li hemm nuqqas ta’ swali għal operazzjonijiet ta’ emerġenza. Hi kompliet tispjega li kulma hemm żewġ swali ta’ dan it-tip, u f’każ tat-tielet emerġenza bħal ma filfatt ġara, m’hemmx x’imkien ieħor fejn joperaw.
L-istess midwife sostniet li ommijiet li ma kellhomx problemi biex iwelldu qed joħorġu mill-isptar iżjed kmieni milli suppost minħabba n-nuqqas ta’ sodod. Hi stqarret li dan mhux ta’ riskju għal omm, iżda l-problema hi li anke meta l-ommijiet jitilqu kmieni, xorta ma jistawx ilaħħqu mad-domanda.
Id-disa swali li jeżistu għan-nisa li qed iwelldu, normalment ikunu dejjem mimlijin, tant li xi ommijiet qed jispiċċaw iwelldu fis-sala tal-osterija, l-istess sala li jużaw l-ommijiet qabel u wara li jwelldu. Saħansitra l-ommijiet li normalment ikollom kamra privata biex iwelldu qed jispiċċaw iwelldu ħdejn nisa oħrajn, b’purtiera biss tifridhom. Saħansitra ommijiet ta’ trabi li jkollom bżonn il-kura intensiva fin-NPICU qed jispiċċaw jaqsmu kamra ma ommijiet li welldu t-tarbija bla problemi.
Hi kompliet issemmi kif hemm problema emomi ta’ nuqqas ta’ ħaddiema, tant li kien hemm drabi fejn tmien midwifes spiċċaw welldu 16-il tarbija f’lejl, filwaqt li jieħdu ħsieb l-ommijiet li welldu u għadu jridu jwelldu. Anqas ħin biex imorru sal-kamra tal-banju ma jkollom ċans.
Il-midwife qalet li Mater Dei mhuwiex iadattat għaż-żieda fil-popolazzjoni, tant li n-numru ta’ sodod qed jibqa’ l-istess minkejja ż-żieda rapida. Hi qed titlob lill-awtoritajiet sabiex jipprovdu iżjed sapport, riżorsi, u ħaddiema sabiex iċ-ċittadini jkollom l-aqwa kura possibli.
//= $special ?>