Ewropa Internazzjonali Unjoni Ewropea

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tawgura l-pajjiżi ġodda li bdew il-proċess biex jidħlu fiż-żona Schengen

B’messaġġ fuq X (li qabel kien magħruf bħala Twitter), il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola awgurat lir-Rumanija u lil Bulgarija talli bdew il-proċess biex jidħlu fiż-żona Schengen – żona li fiha jitneħħew ir-restrizzjonijiet marittimi u l-kontroll fuq il-fruntieri tal-ajru bejn l-istati membri.

Hi saħqet li dawn il-passi ‘l quddiem jagħmlu l-Unjoni Ewropea iżjed b’saħħitha, u lil poplu iżjed sigur.

Ir-restrizzjonijiet tal-fruntieri tal-baħar u l-ajru tar-Rumanija u l-Bulgarija se jitneħħew fil-31 ta’ Marzu.