
Hemm affarijiet fil-ħajja, fis-soċjeta u fid-dinja,li għandna bżonn nirangawhom xi ftit u il-ħniena ta’ Alla għanda din il-Qawwa.
Dan kien il-messaġġ ewlieni li wassal l-Arċisqof ta’ Malta l-Monsinjur Charles Jude Scicluna, waqt il-Quddiesa li ta’ kull sena issir qabel tibda’ il-Maratona ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza.
L-Arċisqof fakkar ukoll li l-ewwel jum ta-sena hija l-festa tal-Madonna u għalhekk għandna nibdew s-sena billi nfakkru lil omm Ġesu, il-Qaddisa Marija omm Alla li tagħlimna l-ikbar barkiet dawk tal-maħfra u l-modrija.

Waqt li mill-ġdid reġa’ semma il-ħames barkiet li tagħna Dun Karm Psaila fit-tieni strofa tal-Innu Malti; id-dehen jew inkella l-għerf mhux biss għal dawk li jaħkmuna imma għal kulħadd biex b’hekk nieħdu ħsieb xulxin.
Il-barka tal-ħniena, hekk kif id-dar tal-Providenza hija fil-fatt dar tal-ħniena kif ukoll is-saħħa kemm dik fiżika kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-wellbeing tal-persuna.
Kif ukoll il-barka tas-sliem u tal-paċi, li tiġi minn ħajja tajba u l-kapaċita li taħfer.
Preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni kien hemm il-President ta’ Malta George Vella flimkien mas-sinjura tiegħu flimkien mar-residenti u l-impjegati tad-dar tal-providenza.


Waqt li tfajla ċkejkna Kate għamlet il-Priedka tal-Milied biex b’hekk wasslet il-messaġġ veru tal-Milied.
