Mara mill-Ħamrun kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ttajret minn vettura f’Ħal Luqa
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-1015 tat-Tnejn filgħodu fi Triq Sant’Andrija meta l-mara ta’ 52 sena għal xi raġuni mhux magħrufa ttajret minn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 36 sena ta’ nazzjonalità Indjana residenti San Pawl il-Baħar.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-Ħamruniża l-isptar għal aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ.
//= $special ?>

