Fil-London Stadium draw ta’ mingħajr gowls bejn West Ham u Brighton f’partita bilanċjata bejn iż-żewġ naħat.
Dan id-draw ħalla lil West Ham fis-sitt post tal-klassifika b’34 punt filwaqt li Brighton jinsabu post warajhom, fis-seba’ post, b’31 punt.
Filwaqt li West Ham kellhom moral għoli wara r-rebħa ta’ 2-0 li kellhom kontra Arsenal, kienu Brighton li kellhom l-aktar azzjonijiet perikolużi b’konklużjonijiet ta’ Joao Pedro u Pascal Gross, bil-goalkeeper Alphonso Areola jkun protagonist għal West Ham.
Premier League
West Ham v Brighton 0-0
//= $special ?>