Lokali

Il-Maltin ħarġu iżjed iżda nefqu inqas flus fl-ewwel tas-sena

F’lejliet u nhar l-ewwel tas-sena, għalkemm bosta Maltin għażlu li minflok joqgħodu d-dar, joħorġu jiċċelebraw bidu ta’ sena ġdida f’ristoranti u bars madwar pajjiżna… huma nefqu inqas flus komparat mas-sena preċedenti.

Dan sostnietu l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering Michelle Muscat f’kumment ma’ Net News, fejn spjegat ukoll kif il-postijiet ċentrali bħall-Belt Valletta attiraw l-iżjed nies.

Hi kompliet tispjega kif l-ammont ta’ nies li marru Għawdex għall-ewwel tas-sena, baqa’ l-istess ikkumparat mas-sena l-oħra.

Fil-kummenti tagħha, Michelle Muscat sostniet li fl-ewwel jum tal-2024 ħarġu iżjed nies milli fl-2023, iżda minkejja dan, huma nefqu inqas flus.

Dan kollu juri kif anke f’dawn il-jiem ta’ festi, il-Maltin ma nefqux flkus daqs is-snin preċedenti… xi ħaġa li turi kemm l-għoli tal-ħajja qed iħalli l-impatt tiegħi fuq il-poplu Malti u Għawdxi.