Internazzjonali Kultura Lokali

L-aqwa films tas-sena 2023

“Barbenheimer” huwa fenominu li ddomina d-dinja tal-films għas-sena 2023, tant li l-weekends li fih bdew jintwerew dawn iż-żewġ films kien l-iktar weekend busy għal bosta swali taċ-ċinema kemm f’Malta kif ukoll madwar id-dinja kollha.

Barbenheimer hija kelma li temalgama f’daqqa żewġ films li bdew jintwerew fiċ-ċinema fl-istess ġimgħa… li huma Barbie b’direzzjoni ta’ Greta Gerwig u Openheimer b’direzzjoni ta’ Christopher Nolan.

Skond statistika uffiċjali Barbie kien l-iktar film li għamel qliegħ u dan huwa evidenti anka minn statistika maħruġa Malta stess. Fil-parti prinċipali insibu lil Margot Robbie li tinterpreta l-parti ta’ Barbie u lil Ryan Gosling li jinterpreta l-parti ta’ Ken.

Fit-tieni post insibu l-film Super Mario Bros. Movie.

Fit-tielet post hemm Oppenheimer li wkoll jinkludi numru ta’ atturi li huma fost l-aqwa fix-xena tat-teatru bħalissa.

Cillian Murphy interpreta l-parti tax-xjentist J.Robert Oppenheimer waqt li Emily Blunt kienet il-mara tieghu Kitty Oppenheimer. Il-crew kien jinkludi wkoll lil Matt Damon u lil Robert Downey Jr.

Oppenheimer huwa segwit minn Guardian of the Galaxy Vol.3, Fast X u Spider-Man: Across the Spider-Verse.

Fis-seba’ post insibu l-film the Little Mermaid b’direzzjoni ta’ Rob Marshall li għalkemm qiegħed fil-quċċata tal-klassifika bosta kienu dawk li qalu li ma jilħaqx il-livelli tal-film oriġinali li kien animat. Il-fatt li Halle Bailey interpretat il-karattru ta’ Little Mermaid kien ukoll punt li qajjem ċertu kontroversja hekk kif għall-ewwel darba rajna lil Ariel b’karnaġjon differenti.

Fit-tmien post insibu Mission Impossible – Dead Reckoning Part One, fid-disa’ post Elemental u fl-għaxar post film ieħor ta’ Marvel; Ant-Man and the Wasp Quantumania li huwa segwit minn John Wick: Chapter 4, Transformers: Rise of the Beast u Meg2: The Trench.

Fl-14-il post insibu l-film Wonka li huwa prequel tal-film Charlie and the Chocolate Factory, fejn Timothée Chalamet jinterpreta il-parti ta’ Willy Wonka, u Hugh Grant jinterpreta l-parti tal-Oompa-Loompa.

Film ieħor li kien ta’ suċess huwa Taylor Swift: The Eras Tour li klassifika fil-21 post, kif jindika l-isem stess jinkludi numru ta’ kunċerti li għamlet il-kantata ta’ fama mondjali Taylor Swift matul l-Eras tour.

Filwaqt li fin-nofs tal-klassifika, fil-mitt post insibu l-film The Challenge u fl-aħħar tal-klassifika fil-mitejn post insibu l-film animat Leo li jlaqqgħana ma’ Leo li huwa gremxula fejn flimkien mal-annimali ħbieb tiegħu jippruvaw jaħarbu minn terrarju fejn ilhom jgħixu għal snin twal.

Tags