Minkejja li l-Prim Ministru Robert Abela ddedika dekasteru fil-kabinett tiegħu għall-ambjent u l-enerġija biex f’dan il-ministeru, lill-Ministru Miriam Dalli taha r-responsabbiltà tal-enerġija rinovabbli, skont statistika tal-Eurostat, Malta hija t-tieni l-inqas pajjiż fl-Unjoni Ewropea li għamlet użu tal-enerġija rinovabbli fl-2022 b’rata ta’ 13.4%.
B’0.3% biss anqas minn Malta, fl-aħħar post insibu lill-Irlanda b’13.1% mill-enerġija li tiġġenera ġejja minn dik rinovabbli filwaqt li l-Izevzja hija l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li tiġġenera enerġija rinovabbli hekk kif żewġ terzi mill-enerġija li tiġġenera jiġu minn sorsi rinovabbli.
Malta tiġġenera nofs l-enerġija rinovabbli li tiġġenera l-medja Ewropea, b’rata ta’ 23%, żieda ta’ 1.1% fuq l-2021.
Iżda l-isforzi tal-Unjoni Ewropea jridu jirduppjaw fi żmien 6 snin hekk kif id-Direttiva għall-Enerġija Rinovabbli, li ġiet riveduta f’Novembru li għadda, torbot lill-istess Unjoni, inkluż Malta, biex minn 32% tibda tiġġenera 42.5% tal-enerġija li tipproduċi minn sorsi rinovabbli.
Minkejja l-ħafna diskors fieragħ u l-wegħdi tal-Gvern li se jkun qed jilħaq il-miri ambjentali tiegħu billi jsostni inċentivi bħal tal-panelli fuq is-soqfa u l-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinovabbli offshore, jekk wieħed janalizza ċ-ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jara li aktar minn 2 terzi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fl-2022 ġew mill-power stations, aktar minn 22% mill-użu tal-interconnector filwaqt li ftit aktar minn 10% biss kienet ġejja minn enerġija rinovabbli.
Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista ressaq diversi proposti konkreti biex pajjiżna jżid b’mod sostanzjali d-dipendenza fuq il-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinovabbli fosthom l-investiment fi floating offshore windfarm sal-2030 bħala wieħed mill-pilastri nazzjonali biex pajjiżna jilħaq il-miri tiegħu għall-enerġija rinovabbli u għad-dekarbonizzazzjoni.
//= $special ?>