F’SanSiro Milan għamluha fil-kwarti finali tal-Coppa Italia b’rebħa faċli ta’ 4-1 fuq Cagliari. Huma marru fil-vantaġġ fid-29 minuta meta Theo Hernandez għadda lejn Luka Jovic li kkonkluda fix-xibka għal 1-0. L-istess żewġ plejers reġgħu ikkombinaw fit-42 minuta għat-tieni gowl personali ta’ Jovic. It-tielet gowl wasal fil-50 minuta permezz ta’ Chaka Traore. Il-gowl ta’ Cagliari wasal minn Dentello Azzi. Milan għalqu l-partita bir-raba’ gowl minn Rafael Leao.
COPPA ITALIA
Ilbieraħ: Milan v Cagliari 4-1
Illum: Atalanta v Ssssuolo 6.00pm, Roma v Cremonese 9.00pm