Lokali Qorti

Mixli li wettaq atti ta’ natura sesswali fuq ‘air hostess’

Raġel mill-Ghana ma ngħatax il-pleġġ wara li fl-ewwel tas-sena ġie mixli li wettaq atti ta’ natura sesswali fuq ‘air hostess’ Maltija abbord l-ajruplan tar-Ryanair. Thomas Kofi Dwomoh ta’ 40 sena, residenti l-Italja imma li ta’ spiss jiġi Malta u jabita f’residenza ġewwa Ħaż-Żabbar.

Huwa kien mixli li fuq ajruplan mess sider tal-‘air hostess’ liema allegat reat wettqu fl-aħħar tas-sena f’xi ħin bejn l-10.30am u s-1.30pm, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dwomoh kien mixli li wettaq att ta’ natura sesswali mingħajr kunsens u li ta fastidju lil mara.

Dan wara li ma setax jinstab il-‘boarding pass’ tiegħu. Huwa għamel talba għall-ħelsien mill-arrest li kien miċħud mill-Maġistrat Charmaine Galea. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Jurgen Dalli mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Karl Roberts. Għar-raġel deher l-Avukat Thomas Barbaro Sant.