L-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Ġurnalisti tal-Isport AIPS li, din is-sena se tkun qed tiċċelebra il-100 sena mit-twaqqif, ħabbret ir-riżultat tar-rebbieħa tal-Għażliet annwali.
B’kollox ivvutaw total ta’ 406 ġurnalist minn 107 pajjiż affiljat. L-Unur tal-Aħjar Atleta mara intrebaħ mill-ġinnasta tal-Istati Uniti Simone Biles li kisbet 353 vot kontra l-atleta tal-Kenja Faith Kipyegon bi 329 vot. Fit-tielet post il-plejer tat-tim Nazzjonali tal-futbol ta’ Spanja Aitana Bonmati b’297 vot qabel l-iskier tal-Istati Uniti Mikaela Shiffrin b’256 vot.
It-tennista tas-Serbja Novak Djokovic iddomina l-kategorija tal-irġiel b’616 vot. Fit-tieni post l-atleta tal-Iżvezja Armand Duplantis bi 335 vot filwaqt li fit-tielet post b’277 vot temm il-captain tat-tim nazzjonali tal-futbol tal-Argentina Lionel Messi, qabel l-attakkant ta’ Manchester City, in-Norvegiż Erling Haaland b’229 vot.
Fil-kategorja ‘Tim tas-Sena’ dominju mit-tim Nazzjonali tal-futbol tal-Arġentina li kiseb total ta’ 666 vot qabel Manchester City b’440 vot. Fit-tielet post temm it-tim Nazzjonali tal-futbol tan-nisa ta’ Spanja bi 308 vot qabel it-tim Nazzjonali tar-Rugby tal-Afrika t’Isfel b’286 vot.
//= $special ?>