Ic-Champion tad-Dinja tal-Pool, Clayton Castaldi ħalla għall-aħħar minuta biex għeleb lil Gilmoure Scicluna fis-sitt Euro Ranking Tournament.
B’din ir-rebħa Castaldi kiseb post fit-tim Nazzjonali li se jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonati tal-Ewropa fl-Irlanda fi Frar.
F’finali mill-isbaħ minn bilanċ assolut fl-ewwel frames, kien Scicluna li minn 1-1 mar 4-1 fil-vantaġġ. Reazzjoni minima minn Castaldi tant li Scicluna mar 6-2 fil-vantaġġ u eventwalment mar 7-3 u pass ‘il bogħod milli jirbaħ il-finali.
Iżda reazzjoni b’saħħitha minn Castaldi li rebaħ erba’ frames konsekuttivi biex ġab l-iskor 7-7.
Fil-frame deċiżiv eventwament kien Castaldi li għalaq il-partita 8 -7.
Fi tmiem il-finali saret il-premjazzjoni tat-trofew minn Carmel Cilia President tal-Malta Pool Association.
//= $special ?>