Futbol Sport

Borussia Dortmund interessati f’Jadon Sancho

(Ritratt: EPA)

Borussia Dortmund jinsabu interessati fil-winger ta’ Manchester United Jadon Sancho. Jekk dan it-trasferiment iseħħ, din tkun it-tieni esperjenza ta’ Sancho ma’ Dortmund hekk kif il-plejer diġa lagħab għall-istess klabb qabel ma ssieħeb mar-Red Devils għas-somma ta’ £73 miljun f’Lulju tal-2021.

Jidher li Sancho huwa interessat li jirritorna l-Ġermanja b’self hekk kif il-plejer ma baqax fil-pjanijiet tal-kowċ Erik ten Hag wara argument wara l-partita kontra Arsenal aktar kmieni dan l-istaġun.