Sport Sport Ieħor

Darts: Suċċess għal Kyle Satariano fil-Ġermanja

Il-plejer żagħżugħ Kyle Satariano rebaħ tournament internazzjonali tad-darts li sar f ‘Gevelsberg fil-Ġermanja.

Satariano, li hu meqjus bħala wieħed mit-talenti li jippromettu fid-darts lokali kkompeta fil-kategorija ta’ taħt it-12-il sena.

F’din il-kompetizzjoni ħadu sehem 17 il-plejer fejn wara li temm fl-ewwel post fil-grupp tiegħu meta kiseb punti massimi, Satariano lagħab fil-finali kontra Nevio Rizzo fejn rebaħ bil-punteġġ ta’ 4-0.

Wara li kien ppreżentat bit-trofew u biċ-ċertifikat ta’ premjazzjoni, Satariano ngħata wkoll premju ieħor, meta lagħab partita ta’ esibizzjoni kontra d-darbtejn champion tad-dinja Gary Anderson.