Fl-inkwiet ġdid li qed jaħkem lill-Partit Laburista, dak bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli.. issa feġġ isem ġdid.. dak ta’ Joseph Cuschieri… li qed ikun imbutatt biex jieħu post Steve Ellul mal-mument li huwa jirriżenja mill-kariga tiegħu ta’ Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni ta’ Project Green
Joseph Cuschieri li sa ftit tax-xhur ilu kien jokkupa l-kariga ta’ Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) ġej mill-grupp tal-Eks Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli.
Iżda min-naħa tal-Prim Ministru Robert Abela hemm reżistenza totali għal dan l-isem… li hu l-istess Joseph Cuschieri li kien protagonist assolut ta’ sensiela ta’ skandli meta kien imexxi l-MFSA, fosthom kif mal-Konsulent Legali Edwina Licari kien ivvjaġġa lejn Las Vegas fl-Istati Uniti fuq btala ta’ eluf ta’ ewro mħallsa min-negozjan Yorgen Fenech.
Filwaqt li qegħdin ifakkru f’dan kollu u f’ferm aktar – dejjem fi stejjer skandalużu li jiċċirkolaw lil Joseph Cuschieri u terzi oħrajn bħal Heathcliff Farrugia u Charlene Bianco Farrugia – ta’ Robert Abela huma determinati li ma jdaħħlux magħhom persuna li ġej mill-fazzjoni ta’ Joseph Muscat.
Ta’ Robert Abela qegħdin jargumentaw li l-Ministru Miriam Dalli u ta’ madwarha huma tassew insensittivi biex jimbottaw lil Joseph Cuschieri għall-kariga ta’ Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni ta’ Project Green meta kulħadd jaf kemm tħanżer u abbuża meta kien f’kariga simili fl-Awtorita Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.
Filwaqt li dawn il-battibekki bejn il-Prim Ministru Robert Abela u Miriam Dalli qegħdin ikomplu jeskalaw, il-kandidati l-oħrajn għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew qegħdin ikomplu jesiġu li akkost ta’ kollox Steve Ellul irid jitwarrab mir-rwol ta’ Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni ta’ Project Green għaliex dan qiegħed jikkawża żvantaġġi u inġustizzji fil-konfront tal-kampanja li qegħdin jagħmlu huma.
//= $special ?>