Għall-ħabta tas-6.45 ta’ dalgħodu seħħet ħabta bejn żewġ vetturi fi Triq l-Infetti r-Rabat.
Fl-impatt kienu involuti żewġ karozzi – Toyota Vitz li kienet misjuqa minn raġel ta’ 22 sena minn B’Bugia u Hyundai i20 li kienet misjuqa minn raġel ta’ 38 sena residenti r-Rabat.
Fuq il-post wasal tim mediku kif ukoll membri mis-CPD biex jassistu lis-sewwieqa.
Għal xi ħin kien maħsub li kien hemm persuna oħra involuta fl-inċident li ħarbet minn fuq il-post… iżda l-Pulizija, ftit tal-ħin wara kkonfermaw li dan ma kienx minnu.
Iż-żewġ irġiel li weġġgħu ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal iktar kura fejn ġew iċċertifikati li sofrew biss ġrieħi ħfief.
Fuq il-paġna ta’ facebook il-Pulizija appellatt lill-pubbliku sabiex jevita z-zoni peress li t-triq kienet magħluqa għat-traffiku għal xi ħin.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.
