Komplew jitressqu aktar persuni mixlija li ħadu benefiċċji soċjali li ma kienux intitolati għalihom allegatament bl-intervent u l-għajnuna ta’ esponenti tal-Partit Laburista inkluż eks Ministri. Tlett irġiel oħra ġew ikkundannati sentenzi sospiżi ta’ ħabs.
Dan wara li ammettew li qarrqu biex ħadu benefiċċji soċjali. Madankollu l-imħuħ wara l-organiżazzjoni ta’ dawn il-benefiċċji soċjali fejn fihom kien hemm anke minn iffalsifika firem ta’ tobba għadhom ma tressqux il-Qorti.
Tlett irġiel u mara kienu kkundannati sentenza ta’ ħabs sospiża wara li ammettew li ħadu benefiċċji soċjali li ma kienx ħaqqhom. George Schembri, ta’ 42 sena, ammetta li bejn Jannar 2022 u Mejju 2023 irċieva €737 li ma kienx ħaqqu mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali.
Il-Maġistrat Astrid May Grima kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin u ordnatlu biex fi żmien sitt xhur jirrifondi l-flus li ħa. Kenneth Bonavia, ta’ 30 sena, ammetta li bejn Jannar 2019 u Lulju 2023, iffroda lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u lill-Gvern €17,329.
Din id-darba kienet il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal 40 xahar kif ukoll ordnat l-interdizzjoni ġenerali perpetwa fil-konfront tiegħu. Etienne Schembri, ta’ 54 sena, ammetta li bejn Jannar 2021 u Mejju 2023 ħa benefiċċji soċjali liu ma kienux dovuti lilu.
Huwa ħallas lura dak li ħa għalkemm fis-sentenza ma ngħadx l-ammont. Il-Maġistrat Caroline Farrugia kkundannatu 18-il xahar ħabs sospiżi għal 24 xahar. Sylvana Bugeja, ta’ 41 sena, ammettiet li bejn Jannar 2020 u Lulju 2023 iffrodat lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali €18,102.
Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo kkundannata sentejn ħabs sospiżi għal 40 xahar u ordnatilha tirrifondi l-ammont li ħadet. Il-prosekuzzjoni f’dawn l-erba’ każijiet tmexxew mill-Ispetturi Wayne Rodney Borg, Andy Rotin u Shaun Friggieri
//= $special ?>