Futbol Sport

Il-Ghana ma jsejħux lil Thomas Partey filwaqt li n-Niġerja jitilfu lil Wilfred Ndidi

(Ritratt: EPA)

Hekk kif ninsabu ftit tal-jiem il-bogħod mill-bidu tat-Tazza tan-Nazzjoniet Afrikani, kważi l-pajjiżi kollha li se jikkompetu sejjħu l-iskwadri finali tagħhom.

Il-Ghana wieħed mill-favoriti li se jirbħu din il-kompetzzjoni kellu jħalli barra wieħed mill-istilel tat-tim, Thomas Partey. Il-midfielder ta’ Arsenal sofra injury kmieni fl-istaġun, bil-plejer jidher li qed jirkupra iżda għadu mhux mija fil-mija. Il-kowċ tal-Ghana, Chris Hughton qal li l-injury ta’ Partey kienet waħda serja u ma kienx lest li jirriskja lill-plejer ta’ 30 sena.

Intant in-Niġerja wkoll tilfu wieħed mill-plejers ewlenin, hekk kif il-midfielder ta’ Leicester City, Wilfred Ndidi kellu jirtira mill-iskwadra finali. Ndidi ma lagħbx fl-aħħar partita ta’ Leicester kontra Huddersfield u minkejja li kien inkluż fl-iskwadra finali tan-Niġerja jidher li ttieħdet deċiżjoni li dan ma jkunx imsejjaħ.

It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani tibda fit-13 ta’ Jannar bil-partita inawgurali tkun dik bejn il-Kosta tal-Ivorju u l- Guinea-Bissau.