Il-Pulizija qed tinvestiga każ li fih kienu involuti numru ta’ bouncers li dehru qed isawtu raġel quddiem nightclub f’Paceveille f’inċident li seħħ lejliet l-ewwel tas-sena.
Filmat li kien ippubblikat mis-sit Lovin Malta juri ħames bouncers jiġru wara raġel filwaqt li bdew jagħtuh bil-ponn f’wiċċu bil-konsegwenza li spiċċa mal-art. Kien hawn fejn dawn l-istess persuni bdew jagħtuh bis-sieq kif ukoll mill-filmat stess jidher li ntużat lembuba.
Bir-raġel jidher li baqa’ mixħut mal-art għal xi ħin b’rasu mgħottija b’idejh u mingħajr ebda moviment.
Xhieda fil-post spjegaw li raw lir-raġel jiġri quddiem stabiliment fejn wara li qabduh il-bouncers, huwa ma għamel reżiestenza. Dan ġie nnotat ukoll anke fil-mument li dawn bdew isawtuh, ir-raġel ma rribatthiex lura.
Jidher li n-nightclub li quddiemu seħħ dan l-inċident kien magħluq, bil-bouncers ma kellhomx x’jaqsmu xejn ma’ dan l-istabbilment. S’issa għadu mhux magħruf x’wassal biex jinħoloq dan l-argument, bil-Pulizija għada għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha biex ikun stabbilit x’wassal għal dan l-inċident.
//= $special ?>