Futbol Sport

Jenni Hermoso tixhed fil-każ kontra Luis Rubiales

(Ritratt: EPA)

F’Madrid beda l-proċess bis-smiegħ tax-xhieda fil-kwistjoni tal-allegat abbuż mill-eks President tal-Federazzjoni tal-Futbol ta’ Spanja Luis Rubiales fil-konfront tal-plejer tat-tim nazzjonali tan-nisa Jenni Hermoso.

Mgħejjuna minn tim ta’ avukati, Jenni Hermoso tat ix-xhieda tagħha b’rabta mal-bewsa ta’ Rubiales fil-mument tal-premjazzjoni wara l-finali tat-Tazza tad-Dinja fl-20 ta’Awissu 2023.

Is-smiegħ tal-każ beda fl-Audiencia Nacional de Madrid bix-xhieda ta’ Hermoso tinstema mill-Imħallef Franciso de Jorge u l-akkuża kontra Rubiales ta’ allegat abbuż sesswali.

Hermoso fetħet il-każ fil-15 ta’ Settembru u f’Ottubru Rubiales ta ix-xhieda tiegħu dwar il-kaz.

L-Imħallef se jisma’ wkoll ix-xhieda tal-eks kowċ tat-tim Nazzjonali Jorge Vilda, Albert Luque, Direttur tat-tim Nazzjonali u Ruber Rivera direttur tal-Marketing.

Favur Hermoso se tixhed ukoll, Alexia Putellas rebbieħa darbtejn tal-aqwa plejer tal-FIFA.