Is-seed numru wieħed Novak Djokovic safa’ megħlub mill-Awstraljan Alex de Minaur fil-United Cup, biex b’hekk is-Serbja kienu eliminati minn dan it-turnament. Djokovic kien megħlub bl-iskor ta’ 6-4 6-4 wara li kellu jirċievi għajnuna medika fil-polz ta’ idu l-leminija. Din kienet l-ewwel telfa għal Djokovic fl-Awstralja sa mill-2018, propju 11-il ġurnata qabel jibda jiddefendi it-titlu tiegħu fl-ewwel Grand Slam tas-sena, f’Melbourne. Fit-tieni leg Ajla Tomljanovic għelbet lil Natalija Stevanovic biex assigurat mir-rebħa għall-Awstralja. Fis-semi finali issa jiltaqgħu kontra l-Ġermanja jew kontra l-Greċja.
It-Top seeds, il-Polonja waslu sas-semi finali b’rebħa komda fuq iċ-Ċina, b’Hubert Hurkacz jegħleb lil Zhang Zhizhen 6-3 6-4 u bis-seed numru wieħed tan-nisa Iga Swiatek tegħleb lil Zheng Qinwen 6-2 6-3. Il-Greċja għaddew għat-tieni semi finali tagħhom meta għelbu lil Kanada bi Stefanos Tsitsipas jegħleb lil Steven Diez 6-2 6-3 filwaqt li Maria Sakkari għelbet lil Leylah Fernandez 7-6 (7-2) 6-3.
//= $special ?>