Id-difensur ta’ Nice, l-Alġerin Youcef Atal, ġie sospiż għal tmien xhur wara li nstab ħati li xerred mibheda marbuta mar-reliġjon. Dan wara post fuq social media dwar il-kunflitt f’Iżrael u Gaza. Il-qorti kriminali ta’ Nizza, sabet lil Atal ħati u weħlitu penali ta’ 45,000 ewro tallli xerred il-video fuq il-profil tiegħu fuq Instagram. Il-plejer ġie sospiż mill-club tiegħu iżda jinsab fuq il-lista tal-plejers magħżula tal-Alġerija għat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani.
Wara li talab apoloġija fuq il-media soċjali, Atal talab apoloġija wkoll fil-qorti waqt l-għoti tas-sentenza u stqarr li ma kienx ra l-kontenut tal-video qabel xerrdu fuq il-profil tiegħu. Atal lagħab tliet darbiet għall-Alġerija sa minn meta seħħ il-każ u mistenni jipparteċipa fil-kompetizzjoni li se tibda fit-13 ta’ Jannar, fil-Kosta tal-Ivorju.
//= $special ?>