Futbol Sport

Coppa Italia: Roma u Atalanta javvanzaw għall-kwartifinali

(Ritratt: EPA)

Roma kellhom jirkupraw minn gowl żvantaġġ biex għelbu lil Cremonese 2-1 u avvanzaw għall-kwartifinali tal-Coppa Italia. Kienu Cremonese li marru fil-vantaġġ qabel il-mistrieħ permezz ta’ Frank Tsadjout. Gowls fit-tieni taqsima minn Romelu Lukaku fis-77 minuta u penalty ta’ Paulo Dybala fil-85 minuta dawwru l-iskor favur it-tim ta’ Jose Mourinho u aċċertaw minn kwalifikazzjoni.

Atalanta kisbu rebħa faċli ta’ 3-1 fuq Sassuolo biex b’hekk ukoll avvanzaw għall-kwartifinali tal-Coppa Italia. Doppjetta ta’ De Ketelaere fl-24 u fit-63 miunta poġġew lit-tim ta’ Gian Piero Gasperini 2-0 fil-vantaġġ qabel ma’ Aleksey Miranchuk għamilhom 3-0. Sassuolo naqsu l-iskor lejn it-tmiem permezz ta’ Daniel Boloca.