Tkompli toħroġ fid-deher il-qasma li hemm fil-Partit Laburista dan hekk kif l-eks Mexxej tal-Partit Laburista Alfred Sant jidher li mhux se jċedi għall-pressjoni li qed issirlu sabiex jerġa’ jikkontesta għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru f’Ġunju li ġej.
F’Marzu tal-2021 Alfred Sant kien iddikjara uffiċjalment li mhux lest li jerġa’ jikkontesta għal terminu ieħor tal-Parlament Ewropew filwaqt li esprima li l-preżenza tiegħu fuq il-midja tal-Partit Laburista kienet waħda kważi ineżistenti.
Dan hekk kif meta Robert Abela ħa f’idejh it-tmexxija tal-Partit Laburista huwa kien warrab diversi esponenti stabbilti fl-istess partit fosthom lil Alfred Sant bir-raġuni allegatament tkun li Sant kien parti mill-fazzjoni ta’ Joseph Muscat. Iżda aktar minn hekk għaliex kien sigriet magħruf li kemm-il darba kien hemm diżgwid bejnu u bejn il-President Emeritus George Abela – missier Robert Abela.
Apparti minn hekk, sas-sena li għaddiet Alfred Sant reġa’ saħaq li mhux se jkun qed jikkontesta elezzjoni oħra tal-Parlament Ewropew bir-raġuni tiegħu tkun li jixtieq jagħmel spazju għal kandidati ġodda.
Waqt intervista oħra Alfred Sant stqarr li meta tilħaq ċertu età tagħmel sens li titlaq u tagħmel spazju għal xi ħaddieħor. Għaldaqstant waqt din l-intervista Sant kien mistoqsi jekk ħassux komdu jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014 minħabba li hu stess kien mexxa l-kampanja tal-Partit Laburista kontra s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. B’Alfred Sant kien wiegeb li assolutament ħassu skomdu.
Issa fi stat ta’ paniku – għaliex ta’ Kastilja u dawk fiċ-ċirku ta’ Robert Abela jinsabu mħassbin dwar l-elezzjonijiet li ġejjin… l-istess idejn li huma moħbija wara t-Tmexxija tal-kampanja elettorali f’isem il-Partit Laburista, qegħdin jagħtu parir li lil Alfred Sant għandhom bżonnu sabiex jinġabru dawk il-voti tal-Laburisti mxebbgħin.
B’Alfred Sant ma jċedix pulzier għal din il-pressjoni għaliex jaf li matul l-aħħar snin persuni fit-Tmexxija tal-Partit Laburista ma ddejqu xejn jeskludu nies li skont hu kienu kruċjali għall-Partit Laburista.
//= $special ?>