Juventus kienu t-tmien u l-aħħar tim li għadda għall-kwartifinali tal-Coppa Italia meta fil-Juventus Stadium għelbu lil Salernitana 6-1.
Kif jindika l-iskor kienet xalata ta’ goals għal Juventus anki kienu Salernitana li marru minn fuq fl-ewwel minuta permezz ta’ Ikwuemesi.
Iżda sal-intervall Miretti u Cambiaso dawwru r-riżultat għal Juventus. Fit-tieni taqsima komplew ġejjin il-goals minn Rugani, autogoal ta’ Bronn, u lejn it-tmiem Yildiz u Weah għaqqdu n-nofs tużżana.
Issa fil-kwartifinali Juventus jaffrontaw lil Frosinone nhar il-Ħamis li ġej. Il-logħbiet l-oħra tal-kwartifinali li kollha se jintlagħbu l-ġimgħa d-dieħla, jkun hemm konfronti mistennija fejn jispikka d-derby takl-kapitali bejn Lazio u Roma. Fil-logħbiet l-oħra Bologna jiltaqgħu ma’ Fiorentina u Milan jospitaw lil Atalanta.
Intant il-Ġimgħa jkollna l-ewwel logħba mid-19-il ġurnata Tas-Serie A, fejn Bologna wara t-telfa kontra Udinese jippruvaw jirritornaw għar-rebħ meta jospitaw lil Genoa.
Riżultat
Coppa Italia
Juventus v Salernitana 6-1
Għada
Serie A
20:45 Bologna v Genoa
//= $special ?>