Sport Sport Ieħor

Darts: Luke Humphries isir champion tad-dinja

(Ritratt: EPA)

Fl-Alexandra Palace, f’Londra finali tal-Kampjonat tad-Dinja tad-Darts tal-Professional Darts Corporation. Luke Humphries, għall-ewwel darba fil-karriera, ta’ 23 sena sar champion tad-dinja wara li fil-finali għeleb lir-rivelazzjoni tal-kompetizzjoni Luke Littler li għad għandu 16-il sena.

Littler tela’ aktar minn 130 post fir-ranking dinji fejn issa jinsab fost l-aqwa 32. Kienet id-19-il rebħa konsekutiva għal Humphries li rebaħ erbgħa mill-aħħar ħames tournaments qabel dawn il-finali.

Għar-rebħ tal-Kampjonat Dinji Humphries rebaħ xejn anqas minn nofs miljun Ewro. Kien Littler li fetaħ vantaġġ ta’ 4-2, b’170 punt Humphries mar-4-3 , b’121 għamel l-iskor 4-4 u eventwalment rebaħ l-aħħar tlett sets b’double eight deciżiv.