Lokali

“Ejjew ma nħarsu lejn wiċċ ħadd fil-ġurnaliżmu” – Bernard Grech

Waqt riċeviment li sar mill-Partit Nazzjonalista għall-ġurnalisti u msieħba soċjali fid-Dar Ċentrali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech qal biex kull kamra tal-aħbarijiet ma tħares qatt lejn wiċċ ħadd meta tkun qed twassal l-aħbarijiet tagħha lill-pubbliku.

Bernard Grech appella biex kull ġurnalist jirrispetta l-bżonnijiet tal-poplu Malti u Għawdxi. Huwa awgura għal sena oħra mimlija ħidma b’rispett għal kull individwu. Dan sabiex ikun assigurat li jkollna pajjiż aħjar.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li hemm bżonn kuxjenza fil-politika iżda anke fix-xogħol ġurnalistiku hekk kif kull kelma tagħmel differenza kbira.

Preżenti għal dan ir-riċeviment kien hemm ukoll il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione u s-Segretarju Ġenerali, Michael Piccinino.