Komplew il-bumbardamenti tal-Iżraeljani fuq Gaza, bil-fergħa Palestinjana tas-Salib l-Aħmar tirrapporta li l-bini tagħha f’Khan Younis intlaqtet mill-ġdid mill-missili.
Sadanittant, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony Blinken, qed jibda żjara oħra fil-Lvant Nofsani u li hi r-raba’ waħda tiegħu fir-reġjun mis-7 ta’ Ottubru – il-jum meta l-Ħamas wettaq ir-rejds terroristiċi f’Iżrael li rriżultaw f’1,200 vittma u kaġunaw din il-gwerra.
L-aħħar rapporti mill-Medda ta’ Gaza qalu li l-qawwiet Iżraeljani f’Khan Younis qatlu numru ta’ ‘terroristi’ f’Khan Younis wara li dawn kienu pruvaw iqiegħdu bomba qalb is-suldati.
L-Armata, fl-aħħar sigħat, anki qerdet maħżen tal-armamenti tal-Ħamas – u bil-qawwiet tal-ajru Iżraeljani jeqirdu aktar bini u faċilitajiet tal-Ħamas f’Deir al-Balah, fiċ-ċentru ta’ Gaza.
Dan waqt li l-qawwiet Iżraeljani fiċ-ċentru ta’ Gaza sabu anki numru ta’ rocket launchers għal fuq id-distanzi twal waqt tfittxija intensiva fil-kamp ta’ Bureij għar-refuġjati.
//= $special ?>