Lokali

Il-funeral ta’ Eric Borg se jsir is-Sibt

Il-katavru ta’ Eric Borg ġie rilaxxat sabiex isir il-funeral tiegħu. Hu kien il-vittma tal-isparatura li saret fl-ewwel tas-sena.

Oħtu Elaine Micallef kitbet fuq Facebook li l-funeral se jsir is-Sibt 6 ta’ Jannar fil-Bazilika ta’ San Pawl fir-Rabat fid-9.00am. Il-familja qed jistaqsu li min jattendi jilbes ħwejjeġ casual, u biex min jattendi ma jagħtix fjuri, iżda minflok jagħti donazzjoni lil Puttinu Cares. Id-donation box se tkun fil-knisja fejn il-ktieb tal-firem.