L-4 ta’ Jannar hu Jum Dinji tal-Braille… il-ġurnata li fiha twieled il-Franċiż Louis Braille, il-bniedem li ħoloq sistema tal-kitba li fis-seklu 19 bidlet il-ħajja tan-nies neqsin mid-dawl.
Louis Braille kien involut f’inċident fil-ħanut ta’ missieru meta kellu 3 snin. Meta kellu 10 snin hu ltaqa ma’ kaptan tal-armata ta’ Napuljun, li għallmu dwar Night Writing, sistema ta’ komunikazzjoni li tuża tikek.
Qabel il-Braille, kien hemm is-sistema Latina Hauy, iżda b’din is-sistema, in-nies neqsin mid-dawl ma setgħux jiktbu, iżda jaqraw biss. B’hekk, meta Braille kellu biss 15-il sena, hu uża l-passjoni tiegħu għal mużika kif ukoll is-sistema l-ġdida li tgħallem sabiex joħloq is-sistema Braille.
Illum, fil-200 anniversarju tal-ħolqien tal-Braille, din is-sistema għadha tintuża minn eluf ta’ persuni li huma neqsin mid-dawl.
Dwar dan, Net News tkellem ma’ Leone Sciberras, persuna nieqsa mid-dawl, fejn spjegalna f’iktar dettall x’inhu l-Braille u kif dan jiġi użat.
Leon Sciberras spjega kif il-Braille qed jevolvi bl-avvanz tat-teknoloġija, kif ukoll x’għodda u teknoloġija għamlu l-iżjed impatt fuq l-użu tiegħu tal-Braille.
Hu spjega wkoll il-problemi tat-teknoloġija għal persuni li neqsin mid-dawl.
Hu temm billi ta’ parir lil dawk li huma interessati jitgħallmu l-Braille, kif ukoll sostna l-importanza li l-għalliema u l-ġenituri jiġu mħarrġa dwar il-Braille sabiex kull student ikollu l-istess opportunitajiet letterarji.
//= $special ?>