Minn għada se jidħlu fis-seħħ sensiela ta’ direttivi għall-ħaddiema amministrattivi, tekniċi u industrijali fl-Università ta’ Malta.
Il-UHM Voice of Workers ħadet dan il-pass b’riżultat ta’ tilwima industrijali li kienet reġistrata fis-27 ta’
Novembru li għadda. Il-kwistjoni nqalgħet wara li t-tmexxija tal-Università kif ukoll ilMinisteru tal-Edukazzjoni baqgħu ikaxkru saqajhom biex jiġi finalizzat il-ftehim kollettiv il-ġdid ta’ dawn il-ħaddiema li ilu li skada minn Diċembru 2021.
Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi kif ukoll il-fatt li ma rċeviet l-ebda risposta uffiċjali fosthom meta se jkomplu n-negozjati, il-UHM ma kellha l-ebda triq oħra ħlief li tordna d-direttivi li ġejjin li se jidħlu fis-seħħ minn għada:
- Ma ssir l-ebda komunikazzjoni bit-telefon (linja fissa kif ukoll ċellulari) milluffiċini u d-diversi siti tal-Università. Il-ħaddiema taċ-Child Care se jkunu jistgħu
jċemplu imma mhux se jirrispondu telefon; - Ma ssir l-ebda komunikazzjoni mill-uffiċini u d-diversi siti tal-Università bl-email,
messaġġi (verbali u mhux verbali), SMS’s jew ittri; - Ma ssir l-ebda komunikazzjoni mill-uffiċini u d-diversi siti tal-Università b’mezzi
oħra bħal Microsoft Teams, Zoom jew xi pjattaforma oħra; - Ma jittieħdux minuti waqt laqgħat;
- Ma jsirx scanning u photocopying;
- Ma jkunx hemm ġarr ta’ għamara, tagħmir elettroniku jew oġġetti oħra;
- Ma jkunux hemm preparamenti għal kull tip ta’ events;
- Ma jiġix ippreparat il-kafè għal-laqgħat;
- Ma jkunx hemm arranġamenti ta’ klassijiet
Health & Wellness
- Ma jagħmlux ix-xift sat-8.00pm (din ma taffetwax appuntamenti ma’ klijenti li
s-servizz jingħata f’ħinijiet qabel it-8am jew wara il-5pm bi ftehim malprofessjonist); - Ma jsirux Teams/Zoom meetings jew in-person
Ġardinara
- Jibdew jagħmlu xogħol manwali fit-8.00am (imma jirraportaw għax-xogħol filħin regolari)
Kindergarten/Child Care
- Ma jkunx hemm pjanar ta’ attivitajiet;
- L-impjegati ma jagħtux update lill-ġenituri mill-Facebook page jew Illumine;
- Ma jirrispondux it-telefon, imma jkunu jistgħu jċemplu;
- Ma jkunx hemm osservazzjoni, li tinġabar għal-log book/journal tat-tfal;
Dental
- Titnaqqas clinical session kuljum;
- Ma jsirx scanning ta’ X-Rays
Il-UHM Voice of the Workers twissi li jekk mhux se jkun hemm l-ebda żblokk se tkun qed teskala d-direttivi.
//= $special ?>