Aktar kmieni llum għall-ħabta tal-4 pm il-Pulizija ġew infurmati li hemm bomb scare f’kumpless ta’ stabbilimenti bejn Triq Bisazza u Triq it-Torri, f’Tas-Sliema.
In-nies li kienu fil-bini kif ukoll fil-ħwienet tal-madwar ġew evakwati għas-sigurtà tagħhom.
Ftit minuti wara wasal tim tal-Bomb Disposal Unit u tal-Explosive Ordinance Department sabiex jassiguraw li l-post hu wieħed sigur qabel in-nies ikunu jistgħu jidħlu lura fil-bini.
Wara ħidma ta’ madwar tliet sigħat, il-post kien jidher sigur tant li ma nstab xejn ta’ theddida. Fil-fatt, għall-ħabta tas-7 tal-lejla, in-nies u l-ħaddiema kollha setgħu jerġgħu jidħlu lura fil-binja.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex jistabbilixxu min għamel it-telefonata ta’ bomb scare.
//= $special ?>