Lokali

Transport Malta ħarġet iżjed minn 32,000 kontravenzjoni matul l-2023

Matul l-2023, Transport Malta ħarġet total ta’ 32,801 kontravenzjoni li permezz tagħhom intbagħat messaġġ qawwi kontra l-ksur tar-regolamenti tat-traffiku. Madwar 6,000 multa amministrattiva ġew imposti fuq min wettaq xi ksur, li kompiet tagħti messaġġ qawwi kontra dawk li jikkompromettu s-sigurtà fit-toroq.

L-Awtorità kkonfiskat numru sostanzjali ta’ vetturi, fosthom 570 karozza, 376 escooter, u 115-il number plate. Dawn l-azzjonijiet servew bħala deterrent u jsaħħu l-importanza li wieħed iżomm mar-regolamenti tat-traffiku.

Saru wkoll numru ta’ roadside inspections, uħud li saru b’kollaborazzjoni mal-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg (DIER), u l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA).