Futbol Sport

FA Cup: Bżonn ta’ replay bejn Crystal Palace u Everton

L-ebda verdett fl-ewwel logħba mit-tielet round tal-FA Cup, logħba bejn żewġ timijiet tal-Premier League fejn f’Selhurst Park Crystal Palace u Everton temmew fi draw ta’ mingħajr goals u b’hekk issa jkun hemm bżonn ta’ replay f’Goodison Park.

Everton kienu l-aħjar tim matul id-disgħin minuta fejn it-Toffees fallew diversi ċansijiet fl-ewwel taqsima.

Palace ħadu s-supremazija fl-aħħar fażi l-iktar wara li tkeċċa Calvert-Lewin.

Riżultat

C. Palace v Everton     0-0

Illum

20:15 Brentford v Wolves

20:30 Fulham v Rotherham

21:00 Tottenham v Burnley