Il-Korea t’Isfel akkużat lill-Korea ta’ Fuq komunista dwar aġir li qed jhedded il-paċi fil-penisola komuni, fost it-tensjoni sussegwenti… Dan wara li l-Koreani komunisti sparaw ‘il fuq minn 200 balal tal-artillerija lejn il-gżira ta’ Yeonpyeong u li niżlu ftit ‘il hinn mill-artijiet tal-kosta.
L-awtoritajiet fil-Korea t’Isfel, fl-istess ħin, ħarġu direttivi lir-residenti fil-gżira biex isibu l-kenn – bil-militar tal-pajjiż ukoll iwettaq l-eżerċizzji tal-isparar fl-istess zona.
Il-Korea ta’ Fuq, intant, qalet li r-residenti fil-gżira ma kenux f’periklu mill-artillerija tagħha. Dan meta l-inċident tal-bieraħ kellu jseħħ ħafna snin wara li l-artillerija ta’ Pyongyang, fl-2010, sparat lejn il-gżira ta’ Yeonpyeong fejn kienu mietu erba’ persuni.
Fl-istess ħin, il-balal sparati lbieraħ ma laqtux direttament it-territorji tal-Korea t’Isfel u meta niżlu kollha fil-buffer zone bejn l-Istati Koreani rivali.
L-isparaturi, iżda, qegħdin iħassbu lit-Tmexxija fil-Korea t’Isfel minħabba t-twissijiet minn Pyongyang li qed iżid il-kapaċitajiet militari tiegħu bi tħejjija għal gwerra ‘li tista’ tinqala’ fil-penisola minn ħin għall-ieħor’.
//= $special ?>