Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li s-sigarett elettroniku tad-dittà Vapsolo King 10000 Disposable m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li fih volum eċċessiv ta’ likwidu li fih in-nikotina u konċentrazzjoni eċċessiva ta’ nikotina.
Dan jista’ jwassal għall-konsum aċċidentali ta’ doża għolja ta’ nikotina. In-nikotina hija tossika b’mod akut u tista’ tipperikola s-sigurtà tal-utent notevolment, jekk il-prodott jiġi f’kuntatt mal-ġilda jew jiġi inġerit. Barra minn hekk, it-tikkettar tal-prodott huwa qarrieqi peress li jindika li fih 0% nikotina.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Sigarett Elettroniku |
Dittà: | Vapsolo King 10000 Disposable |
Volum: | 20ml |