Fl-aħħar xhur smajna bis-sitwazzjoni fis-settur tas-saħħa li iktar ma jmur iktar sejra lura.
Nuqqas ta’ spazju li hemm fl-isptar Mater Dei minhabba l-isplużjoni fil-popolazzjoni… liema sitwazzjoni tirriżulta f’waiting lists ma jispiċċaw qatt, nisa tqal jintalbu jibqgħu id-dar sal-aħħar minuta possibbli, u mediċini out-of-stock bil-lista dejjem tiżdied.
Quddiem din is-sitwazzjoni, Net News staqsa lill-Ministru Jo Etienne Abela dwar x’se jkun qed jagħmel il-Gvern Laburista sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jkollu settur tas-saħħa li jixraqlu. Iżda, mit-tweġiba tiegħu jidher li l-Gvern Laburista mhu se jkun qed jagħmel xejn għaliex fi kliemu “impossibli li tissolva”.
“Din hi problema li impossibli li tissolva u se tkompli tiġri,” qal il-Ministru Abela.
Sitwazzjoni li bl-aktar mod ċar ħarbet minn taħt idejn il-Gvern.
Staqsejna l-istess mistoqsija lill-Ministru Owen Bonnici, b’dan jara li s-sitwazzjoni hi l-oppost ta’ kif jaraha l-Ministru Abela. Tant li għalih is-settur tas-saħħa jinsab f’sitwazzjoni tajba.
“Dan hu settur li tjieb ħafna, ħafna, ħafna,” qal il-Ministru Bonnici.
//= $special ?>