Fl-aħħar sigħat, il-Ministru tad-Difiża ta’ Iżrael ħabbar pjan ta’ kif il-pajjiż se jkun qed jigverna Gaza ladarba tintemm il-Gwerra bejn Iżrael u l-Hamas.
Il-Ministru Yoav Gallant qal li ftit li xejn se jkun hemm lok għal Palestinjani biex jigvernaw it-teritorju tagħhom, waqt li l-Hamas, la tintemm il-gwerra mhux se jkollhom kontroll ta’ xejn hekk kif Iżrael mill-ġdid jerġa’ jieħu kontroll tas-sigurtà kollha ta’ Gaza.
Intant, il-Ministru tas-Saħħa tal-Hamas qal li matul l-aħħar 24 siegħa mietu għexieren ta’ nies f’Gaza hekk kif il-ġlied ma naqas xejn mill-intensità tiegħu.
Minn naħa l-oħra, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Anthony Blinken hu mistenni li jirritorna Iżrael fil- jiem li ġejjin biex flimkien ma’ uffiċjali Palestinjani fil-West Bank u l-mexxejja ta’ Iżrael jiddiskuti s-sitwazzjoni li qed teskala fir-reġjun wara l-mewt tad-deputat mexxej tal-Hamas, Saleh al-Arouri.
//= $special ?>