Tifel ta’ 11-il sena tilef ħajtu traġikament f’mass shooting fi skola fl-Istati Uniti.
Dan wara li student ta’ 17-il sena daħal f’High School , fl-Istat ta’ Iowa spara lejn sitt persuni, b’riżultat li sfortunatament qatel wieħed minnhom. Traġedja li seħhet fl-ewwel jum li fiħ irritornaw l-istudenti lura wara l-bankijiet tal-iskola hekk kif daħlu mill-vaganzi tal-Milied.
Kelliema għall-awtoritajiet spjegaw li l-aggressur dawwar l-arma lejh innifsu u temm ħajtu.
L-investigaturi li taw l-ewwel informazzjoni lil media spjegaw li l-aggressur ġie identifikat bħala Dylan Butler, student ta’ 17-il sena li jattendi fl-istess skola u li kien qed iġorr żewġt armi tan-nar.
Intant numru ta’ residenti inġabru f’Wiese park, fejn flimkien żammew numru ta’ xemgħat waqt velja silenzjuża organizzata b’rispett lejn il-vittma u dawk milquta waqt dan l-attakk.
//= $special ?>