Kylian Mbappé ta lil Paris Saint-Germain ftit tama li jista’ jibqa’ billi insista li għadu ma ddeċidiex dwar il-futur tiegħu.
Il-kuntratt ta’ Mbappé jispiċċa f’Ġunju, u s-sena l-oħra qajjem spekulazzjonijiet kbar wara li naqas li jiffirma estensjoni tal-kuntratt ta’ 12-il xahar, li jfisser li jista’ jitlaq bi trasferiment b’xejn fi tmiem dan l-istaġun. L-istilla ta’ Franza kien ukoll awtorizza lill-aġent tiegħu li f’Jannar jista’ jibda negozjati ma’ klabbs oħra.
Kollox kien jidher li Real Madrid kienu se jkunu d-destinazzjoni li jmiss ta’ Mbappe’ iżda l-istess attakkant xeħet dubju dwar dan wara l-kummenti li ta wara l-logħba kontra Toulouse nhar l-Erbgħa.”Jien motivat ħafna għal dan l-istaġun. Huwa importanti ħafna, għandna trofej x’nirbħu. Lil hinn minn hekk, le, ma ħadtx id-deċiżjoni tiegħi,” qal Mbappé.
Mbappé kien f’pożizzjoni simili qabel, u ħalla lil PSG jistennew sa tmiem il-kuntratt tiegħu dak iż-żmien qabel jiffirma wieħed ġdid f’Mejju 2022 meta Real Madrid kienu qed isegwuh b’mod aggressiv.
Huwa qal li ma kienx ċert meta se jħabbar id-deċiżjoni tiegħu din id-darba.
Il-gowl ta’ Mbappé fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Toulougħaqqad total ta’ 22 gowl fi 23 partita dan l-istaġun u kabbar ir-rekord ta’ gowls għal PSG għal 234 minn meta ngħaqad magħhom fis-sajf tal-2017.
//= $special ?>